Ospitalità u Ikel

Din it-Taqsima tal-Ospitalità u Ikel kienet imwaqqfa fi żmien meta l-industrija tat-turiżmu f’Malta kienet għadha qed tikber u tiffjorixxi, fil-waqt li kienu qed jinbnew lukandi u jinfetħu ħwienet tax-xorb ġodda.
Mit-twaqqif tagħha din it-Taqsima kompliet tikber u llum il-ġurnata tirrappreżenta l-maġġoranza l-kbira tal-postijiet tal-Ospitalità, Divertiment u Manifattura tal-Ikel f’Malta u Għawdex. Illum din it-Taqsima tgawdi rikonoxximent fil-lukandi prinċipali kollha ta’ pajjiżna, ristoranti u f’kumpaniji li jipproduċu ikel għall-esportazzjoni. Tirrapreżenta wkoll l-impjegati fl-industrija kollha tal-ikel għall-annimali, xorb u casinos. Din it-Taqsima tirrappreżenta is-settur li joffri servizz ta’ tindif fl-entitajiet privati u dawk pubbliċi. It-Taqsima tirrapreżenta wkoll diversi ħaddiema ta’ Nazzjonalitajiet differenti f’Malta.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- GWU – Taqsima Ospitalità u IkelIt-Taqsima Ospitalità u Ikel hija waħda minn tmien taqsimijiet tal-GWU. Din it-taqsima tipproteġi… Read more: GWU – Taqsima Ospitalità u Ikel
- Il-GWU bi ftehim kollettiv ma’ Quintano FoodsIt-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Quintano Foods,… Read more: Il-GWU bi ftehim kollettiv ma’ Quintano Foods
- Il-GWU sellmet lil Malta ĦielsaIl-General Workers Union dalgħodu sellmet lill-Malta Ħielsa fit-43 anniversarju minn meta pajjiżna kiseb… Read more: Il-GWU sellmet lil Malta Ħielsa
- Għaliex it-Taqsimiet?L-istrateġija u l-proċessi huma importanti ħafna għal kull organizzazzjoni, irrelevanti min-numru ta’ ħaddiema… Read more: Għaliex it-Taqsimiet?
- L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?Minn żmien ir-revoluzzjoni industrijali, id-dinja tax-xogħol evolvit kontinwament. L-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol inbidlu… Read more: L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?


















