Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa ġiet stabbilita fl-1943 u fiha kienet tinkorpora ħaddiema fiċ-ċivil.
Il-firxa tagħha kienet waħda wiesgħa, minn ħaddiema manwali sa klerikali. L-ewwel ftehim kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku ġie nnegozjat mal-Gvern u ffirmat fl-14 ta’ Diċembru 1998 iżda beda jgħodd b’mod retroattiv fl-1996. Qabel dan il-ftehim kollettiv ġie fis-seħħ sar eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-iskali u l-gradi kollha fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika u jkunu stabbiliti strutturi ta’ salarji ġodda għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku. Dan l-eżerċizzju beda bejn 1991 u 1995. Bis-saħħa ta’ negozjati mal-Unions kienu introdotti pagi u karrieri ġodda. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-ħaddiema fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika għandhom qafas regolatorju għalihom. Dawn il-kundizzjonijiet, benefiċċji u doveri joħorgu mill-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kapitlu 497 tal-liġijiet ta’ Malta) u r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u mill-Public Service Management Code. Barra dawn hemm ftehim kollettiv ġeneral u jiġi negozjat ma’ seba’ unions f’daqqa fosthom it-Taqsima u diversi ftehim settorjali. Dawn ikopru klassijiet differenti ta’ ħaddiema u karrieri.
Matul iż-żmien it-Taqsima bdiet tinnegozja diversi ftehim kollettivi li jkopru awtoritajiet, entitajiet pubbliċi u regolaturi.
llum it-Taqsima tirrappreżenta impjegati fi ħdan diversi setturi fosthom:
- Is-Servizz Pubbliku;
- Is-Settur Pubbliku;
- Is-Saħħa u Kura għall-Anzjani – kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-settur privat;
- Awtoritajiet
- Regolaturi
It-Taqsima tirrappreżenta ħaddiema membri li jvarjaw minn ħaddiema manwali sa professjonisti, kemm fuq bażi full time għal part time, fuq kuntratt indefinit kif ukoll fuq kuntratt definit. It-Taqsima tirrappreżenta lil membri tagħha, tinnegozja għalihom u tipproponi proposti fil-baġit sabiex issaħħaħ id-drittijiet tal-membri ħaddiema tagħha.
X’tagħmel il-GWU – Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi?
- Tirrappreżenta l-Membri
Ir-Rappreżentanti tagħna huma r-rabta essenzjali bejn il-membri tal-GWU u l-unjin. Huma jaħdmu mill-viċin mal-membri li huma jirrappreżentaw sabiex isaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jqajmu għarfien fuq sitwazzjonijiet kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll nazzjonali.
- Negozjar
In-negozjar huwa l-proċess fejn il-unjin tiddiskuti mal-employers sabiex isiru arranġamenti għal kundizzjonijiet aħjar għal ħaddiema.
- Kampanja
Il-kampanja tifforma parti mill-metodu tagħna sabiex inqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet, insaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema membri tagħna u niġbru appoġġ għal kwistjonijiet lokali u internazzjonali.
- Ġustizzja Ekwa u Ugwaljanza
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-GWU huwa li jgħin lil membri għall-ġustizzja u ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol u lil hinn. L-isfida kontra d-diskriminazzjoni u r-rebħ tal-ugwaljanza huma fil-qalb ta’ dak kollu li tagħmel il-GWU.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- Il-GWU tgħid li min iħaddem għandu jħallas għall-Enerġija, Renta, WIFI u spejjeż għal min ikun qed jaħdem mid-darTkun dikjarazzjoni f’waqtha li tgħid li “In-normalita’ ġdid” hija waħda mis-suġġetti l-aktar diskussi… Read more: Il-GWU tgħid li min iħaddem għandu jħallas għall-Enerġija, Renta, WIFI u spejjeż għal min ikun qed jaħdem mid-dar
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-QortiIl-GWU irreġistrat tilwima industrijali u qed titlob laqgħa ta’ konċiljazzjoni urġenti mal-Aġenzija tal-Qorti… Read more: Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU żżid l-azzjonijiet fis-CPSUMinħabba nuqqas ta’ progress fid-diskussjonijiet, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU se tkun qiegħda żżid l-azzjonijiet industrijali fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) biex tissalvagwardja l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tagħha, liema azzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mill-Ħamis li ġej, 20 ta’ Awwissu.
- Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà NazzjonaliIl-General Workers’ Union u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali ltaqgħu biex jiddiskutu l-inċidenti… Read more: Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali
- Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPEIl-General Workers’ Union ordnat azzjonijiet industrijali fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) wara li… Read more: Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPE

















