Il-GWU tiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi ta’ Karmenu Mifsud Bonnici

15 Nov 2022 - Aħbarijiet | Dinja u Kronika | Ekonomija | Home | Kummerċ | Politika | Teknoloġija

Il-GWU tiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi ta’ Karmenu Mifsud Bonnici

L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-General Workers’ Union immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja żdiedet mal-lista ta’ nies u organizzazzjonijiet li taw il-kondoljanzi tagħhom għall-mewt tal-avukat Karmenu Mifsud Bonnici. 

Bħalissa, il-ktieb tal-kondoljanzi jinsab miftuħ għall-pubbliku fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u se jibqa’ miftuħ sa għada f’nofsinhar.

Id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri

Id-delegazzjoni tal-GWU kienet magħmula mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri.

L-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici, tul il-karriera legali brillanti tiegħu, serva għal 20 sena sħaħ bħala konsulent legali tal-GWU.

« Back