
Id-diversità hija meta nies b’ideat, kulturi, razez, sess, status ekonomiku u karatteristiċi differenti jiltaqgħu u jittrattaw lil xulxin b’mod ugwali. Hija xi ħaġa pożittiva li fi grupp ta’ nies jaħdmu għall-istess għan ikun hemm varjetà fi sfondi reliġjużi, razzjali, kulturali u ġeografiċi kif ukoll esperjenzi, twemmin u fehmiet differenti.
Iżjed minn nofs il-kunflitti ewlenin tad-dinja jinqalgħu minħabba distakk kulturi. Id-distakk jista’ biss jonqos jekk nifhmu iżjed lil xulxin u nifhmu għaliex id-diversità hija important. Mhux kulħadd jifhem kemm id-diversità hija forza b’saħħitha u pożittiva li tmexxi l-iżvilupp kemm fir-rigward ekonomiku, intelletwali, emozzjonali, morali, spiritwali u kulturali. Id-diversità kultura hija vantaġġ kbir biex jitnaqqas il-faqar u l-kisba tal-iżvilupp sostenibbli.
Fl-2001 l-UNESCO adottat id-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Diversità Kulturali. Dan il-jum huwa importanti ħafna għall-istorja tad-dinja għaliex din hija opportunità fejn nistgħu nitgħallmu għaliex kulturi differenti huma essenzjali fil-ħajja tal-lum fejn twassal għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali.

Waħda mill-valuri tal-GWU hija d-diversità. Il-GWU qatt ma wriet diskriminazzjoni bejn individwi anzi aħna nemmnu fid-diversità u l-inklussività soċjali biex nibqgħu dejjem nevolvu. Kulturi differenti huma sfida interessanti ħafna għalina għax permezz tagħhom intejbu s-servizzi għall-membri tagħna. L-għan ewlieni tagħna minn dejjem kien li nittrattaw lill-membri kollha b’mod ugwali mingħajr ebda distinzjoni.













