Impjegati full time, part time u b’sigħat imnaqqsa
Ħaddiema b’kulturi, twemmin u sesswalità differenti
X’inhu l-għan ta’ din is-sezzjoni
Taħdem kontinwament biex
ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tara li d-drittijiet tal-ħaddiema ma
jiġux
mittiefsa
Tiżgura li s-saħħa u s-sigurtà
tal-impjegati jiġu mħarsa kif suppost
Tilħaqq kompromess bejn il-membri u min
iħaddem
Tassisti lil kull impjegat minħabba
raġunijiet varji
Kulħadd ikun trattat b’mod ugwali
Tispjega lill-impjegati li huma
wkoll għandhom obbligi lejn min iħaddimhom
Is-Segretarju tas-sezzjoni jassisti
lill-membri matul seduti dixxiplinarji kif ukoll matul seduti ta’ smigħ
tat-Tribunal Industrijali.
Il-Ftehim Kollettiv
Dokument importanti ħafna li jkun hemm qbil dwaru bejn il-Union u l-maniġment tal-kumpanija
Sett ta’ regoli li ż-żewġ partijiet għandhom jirrispettaw
Il-proċess jibda meta s-Segretarju tas-Sezzjoni jitlob lill-membri tal-GWU biex jipproponu bidliet li jixtiequ li jkollhom
Ikun hemm ukoll sejħa għall-ideat ġodda li jistgħu jitniżżlu fil-ftehim kollettiv il-ġdid
Kollox jiġi diskuss mal-Kumitat tal-GWU fi ħdan il-kumpanija u wara jiġi nnegozjat mal-maniġment
Ladarba jintlaħaq ftehim, is-Segretarju jippreżentahom lill-membri tal-Union, u jiġi ffirmat meta l-partijiet kollha japprovawh
Kif taħdem din is-sezzjoni?
Jiġi ffurmat il-kumitat tal-kumpanija li jiltaqgħu kull xahar biex
jiddiskutu sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu. Il-kumitat jiġi elett mill-membri kollha tal-GWU
fi ħdan il-kumpanija.
Jiġi elett shop steward minn
fost il-membri biex jirrappreżentahom
Jintgħażlu rappreżentanti minn
kull grad kif ikun indikat fil-ftehim kollettiv. Dawn ikunu responsabbli minn
sitwazzjonijiet urġenti li jistgħu jiltaqgħu magħhom u jridu jżommu kuntatt
kontinwu mas-Segretarju
Is-Segretarju jorganizza laqgħat regolari
mal-kumitat biex jiġu diskussi kull kwistjoni li tista’ tinqala’
Il-kwistjonijiet kollha jiġu diskussi
mal-maniġiment tal-istess kumpanija biex jintlaħaq ftehim għall-benefiċċju
taż-żewġ naħat
Kif tevolvi s-sezzjoni?
Is-Sezzjoni qed taħdem biex issib membri ġodda
speċjalment fis-settur Farmaċewtiku li qed jikber b’rata mgħaġġla ħafna. Iżjed
ma sezzjoni tkompli tevolvi iżjed ikun hemm bżonn li jsiru bidliet ta’ riformi
biex il-Union tibqa’ dejjem tagħti l-aħjar protezzjoni lill-membri. Illum it-Taqsima tirrappreżenta l-akbar kumpaniji
li ħafna minnhom huma kumpaniji globali b’impjanti f’diversi pajjiżi f’dinja
kollha.
Is-Segretarju
tas-Sezzjoni Kimika u Enerġija
Rita ilha trejdjunjonista mill-1980. Hija ħadmet ma’ kumpanija tal-ġugarelli.
Bdiet bħala Machine Operator u spiċċat fil-Middle Management. Għal diversi snin
Rita ġiet magħżula bħala Shop Steward, ġiet eletta fil-Kunsill tal-GWU u żammet
il-pożizzjoni ta’ President tas-Sezzjoni għal 6 snin. Fl-2016,
ġiet eletta b’mod unanimu bħala s-Segretarju tat-Taqsima.
Fil-ħin liberu tagħha hija tħobb taqra u tqatta’ xi ġurnata fuq il-bajja u kif ukoll issiefer. Il-familja
tfisser kollox għal Rita. Hija ma tittollerax l-ibbuljar, il-vjolenza u
d-diskriminazzjoni. Hi temmen li d-dinja tax-xogħol dejjem qed tinbidel,
il-ħaddiema nfushom iridu jieħdu l-inizjattiva u jaraw kif se jiffaċċjaw
l-isfidi u jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. Il-ħaddiema jridu jkunu proattivi
u li ma jibqgħux passivi għal dak li jaraw madwarhom.
Ftit
Storja dwar din is-sezzjoni
Din
is-sezzjoni twaqqfet fl-1971. Dan iż-żmien kienet tissejjaħ Kimika, Enerġija u
Stampar, iżda ftit snin wara, il-GWU għamlet ristrutturazzjoni u s-settur
tal-istampar ma baqax ma’ din is-sezzjoni. It-taqsima biddlet isimha għal dak
li nafuha bih illum Kimika u Enerġija. Minn dakinhar l-Enemalta u l-Petroleum Division saru
parti minn din is-sezzjoni. Ta’ min isemmi li żewġ
membri minn din it-Taqsima kienu jokkupaw il-kariga ta’ Viċi President u Deputat Segretarju
tal-GWU.