
Il-Union għandha tmien taqsimiet u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi hija waħda minnhom. Din it-taqsima tipproteġi u tirrappreżenta ħaddiema professjonisti li huma membri tal-GWU. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn;
Il-ħaddiema li jaqgħu taħt din it-taqsima huma fil-maġġoranza tagħhom klerikali, ħafna minnhom fi gradi ta’ maniġers u professjonisti. Hemm postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema kollha huma membri mal-Union anke ħaddiema li mhumiex klerikali u industrijali bħal pereżempju l-messaġġiera u l-ħaddiema tal-manutezzjoni tal-banek. Din it-taqsima tirrappreżenta wkoll lis-Security Personnel ġewwa l-Bank Ċentrali. Kull ħaddiem li jaqa’ taħt din is-sezzjoni jista’ jidħol membru mal-GWU kemm jekk hu fuq bażi full time, part time, fuq kuntratt indefinit kif ukoll fuq kuntratt definit.
Kull organizzazzjoni li jkollha l-maġġoranza tal-ħaddiema membri mal-GWU (50% +1) il-Union tikseb rikonoxximent mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol (DIER). Jekk ikun il-każ li jkun hemm Union oħra li qed issostni li għandha l-maġġoranza d-Dipartiment jagħmel il-verifiki meħtieġa sakemm jiġi stabbilit liema Union tgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-ħaddiema.
Apparti minn hekk il-Union tista’ taqbeż għall-ħaddiem fuq bażi individwali wkoll. Dan isir f’każ fejn il-ħaddiem ikun sofra xi tip ta’ inġustizzja jew abbuż. Jista’ jkun ukoll li l-ħaddiem ikun jixtieq li ssir xi rappreżentazzjoni dwar ħtieġa partikulari u individwali.

Hemm sitwazzjonijiet fejn is-sezzjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tgħin;
It-taqsima hija entità essenzjali bejn il-membri u l-GWU. L-irwol tat-taqsima huwa li taħdem id f’id mal-membri sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. F’każ li l-membri ma jkunux qegħdin jiġu stmati kif suppost u d-drittijiet ta’ min iħaddem ma jkunux qegħdin jiġu rrispettati t-taqsima tidħol biex tirranġa l-affarijiet jew tista’ anke tqajjem għarfien nazzjonali.
Il-Union tiddiskuti ma’ min iħaddem biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għal ħaddiema. Apparti minn hekk tipproponi wkoll proposti għall-baġit biex dejjem tkompli ssaħħaħ id-drittijiet tal-membri.
Inqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet, insaħħu l-kundizzjonijiet tal-membri u niġbru appoġġ għal kwistjonijiet lokali u internazzjonali.
Għajnuna lill-membri għall-ġustizzja u ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol u anke barra. L-isfida kontra d-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza huma valuri importanti għall-Union.

Is-segretarju ta’ din it-taqsima hija waħda miż-żewġ segretarji nisa li bħalissa hemm fil-Union. Jisimha Riccarda Darmanin li ġejja mill-qasam finanzjarju. Kienet impjegata għal tnejn u tletin sena mal-Bank of Valleta fil-grad Maniġerjali bħala konsulenta finanzjarja wara li għamlet ħafna żmien f’diversi fergħat u ċentri ta’ investimenti.
Riccarda kienet ilha żmien twil membru tal-grupp Committee tal-Bank of Valletta u kellha sehem attiv fin-negozjati tal-ftehim kollettiv. Hija wkoll attendiet għal diversi konferenzi kemm Malta kif ukoll barra dwar diversi suġġetti l-iktar fil-qasam finanzjarju kif ukoll fid-drittijiet ċivili tant li bħalissa qed tagħmel kors l-Università ta’ Malta għal Diploma fil-Gender, Work and Society. Sentejn ilu ġiet nominata biex tkun is-segretarju tat-taqsima, liema nominazzjoni ġiet aċċettata unanimament mid-delegati tat-taqsima waqt il-konferenza. Riccarda hija membru wkoll tal-Executive Committee ta’ Eurocadres, li tirrappreżenta lis-settur Professjonisti u Maniġerjali ġewwa Brussels. Riccarda żżomm ruħha aġġornata ħafna fuq ġrajjiet kurrenti speċjalment fix-xena politika. Hi tħobb timxi, issiefer, taqra u anki tara l-films. Għandha ħafna għal qalba l-annimali speċjalment il-kelb tagħha Chevalier King Charles jismu Titch. Hija wkoll tagħmel volontarjat mal-Community Chest Fund.
It-taqsima oriġinarjament kien jisimha NACSS (National Association for Clerical and Supervisory Staff). Wara diversi tibdil legali l-kelma National inbidlet għal General. Minħabba f’hekk l-isem inbidel għal STPSA (Supervisory, Technical, Professional Staff Association). Riċentament l-isem reġa’ nbidel għal dak li nafuh illum PFS, Professjonisti Finanzi u Servizzi.
L-għan ta’ din it-taqsima kien li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-ħaddiema fl-oqsma klerikali però mal-medda taż-żmien meta l-ħaddiem Malti beda anki javvanza fil-karigi tiegħu t-taqsima bdiet tilqa’ maniġers u anke professjonisti li għalkemm storikament ma kinux jissieħbu f’Unions, issa qed iħossu l-bżonn biex jirrikorru għand il-Union għall-għajnuna.
Matul is-snin it-Taqsima ġabet ħafna titjib fl-oqsma tal-banek, media u diversi entitajiet oħra. It-taqsima dejjem timraħ f’postijiet tax-xogħol ġodda bħal kumpaniji ta’ IT u gaming, li qed jitfaċċaw sforz it-tibdil fl-ekonomija Malti.











